IL-MEDITAZZJONI FL-ISTORJA TA’
L-ORDNI TAL-PATRIJIET MINURI
Ignatius Brady OFM
L-ORDNI TAL-PATRIJIET MINURI
Ignatius Brady OFM
Adattament minn Noel Muscat OFM, minn artiklu ta’ l-istudjuż mikbi Franġiskan IGNATIUS BRADY OFM, «History of Mental Prayer in the Order of Friars Minor», Franciscan Studies 11 (1951) 317-345.
Meta l-istudjuż Franġiskan Michael Bihl ippubblika studju dwar l-Istatuti ġenerali tal-Patrijiet Minuri Osservanti (familja Ultramontana), approvati fil-Kapitlu ta’ Barcellona (1451), hu jinnota li kienet l-ewwel darba fl-istorja tal-leġislazzjoni ta’ l-Ordni tal-Patrijiet Minuri, li nsibu riferiment espliċitu għat-talb mentali, jew meditazzjoni, bħala eżerċizzju komunitarju fl-orarju ta’ kuljum tal-fraternità.