IL-QIMA LEJN IT-TBATIJIET FIŻIĊI TA’ KRISTU
FL-ISPIRITWALITÀ FRANĠISKANA
Noel Muscat ofm
FL-ISPIRITWALITÀ FRANĠISKANA
Noel Muscat ofm
Il-moviment Franġiskan, mibdi minn San Franġisk t’Assisi (1182-1226), ta kontribut kbir lill-Knisja mis-seklu 13 ‘il quddiem. Imwieled flimkien mal-moviment l-ieħor ta’ San Duminku Guzman (1170-1221), fundatur ta’ l-Ordni tal-Predikaturi, l-Ordni tal-Minuri kien strumentali fit-tixrid tal-messaġġ evanġeliku fil-Knisja bil-għatx għar-riforma taż-żmien tal-Konċilju Lateran IV (1215).