L-GĦERUQ TA’ L-ISPIRITWALITÀ
TA’ MADRE MARGHERITA DE BRINCAT:
ID-DIMENSJONI FRANĠISKANA
Noel Muscat OFM
TA’ MADRE MARGHERITA DE BRINCAT:
ID-DIMENSJONI FRANĠISKANA
Noel Muscat OFM
Il-kariżma tal-ħajja ikkonsagrata għandha ħafna forom ta’ espressjoni. Hi tadatta ruħha għall-ispiritwalità Kristjana fid-diversi kurrenti storiċi u soċjoloġiċi li fihom tiġi inkarnata. Madre Margherita twieldet f’mument storiku preċiż, li kien is-seklu 19, ikkaratterizzat minn spiritwalità qawwija ta’ kult lejn il-Qalb ta’ Ġesù.